Irrappurtat terremot f’Tel Aviv

Is-sit Jerusalem Post qed jgħid li residenti f’Tel Aviv fl-Iżrael qalu li ħassew terremot.

Skont is-sit, residenti fiċ-ċentru u fin-Nofsinhar tal-Iżrael qalu li ħassew terremot żgħir filgħaxija. Qal li ma kienx hemm rapporti ta’ nies li weġġgħu jew ta’ ħsara.

Is-sit ikkwota lil Maariv li tkellem ma’ resident f’Be’er Yaakov li qal li d-dar tiegħu bdiet tiċċaqlaq.

Reisdenti ta’ Jerusalem, Tel Aviv, u Beersheba wkoll qali li ħassew it-terremot.

Bħalissa qed isir il-Eurovision f’Tel Aviv. Skont is-sit Eturbo News hemm madwar 10,000 turist f’din il-belt biex jaraw dan l-ispettaklu ta’ kant.

Illejla f’Tel Aviv, fl-Iżrael, saret it-tieni dress rehearsal għas-semifinali tal-Eurovision Song Contest ta’ għada l-Ħamis 16 ta’ Mejju.