Aġġornata: Jiċħad li ħarab minn Malta r-raġel irrappurtat nieqes

Aġġornata:
B'reazzjoni għall-artiklu li deher illum fil-midja lokali, ir-raġel li allegatament għeb b'rabta mal-każ ta' frodi, kiteb fuq il-paġna Malta Diżastru Totali fuq Facebook fejn ċaħad l-akkużi.
F'kumment huwa qal li s-sorsi tal-gazzetta huma żbaljati u li huwa jinsab barra għal skopijiet ta' negozju. Żied jgħid li jasal lura Malta fl-aħħar ta' Ottubru

Aktar kmieni:
Qed ikun allegat li għebet persuna oħra involuta fil-każ ta’ frodi ta’ €40 miljun għad-dannu ta’ negozjanti oħra Maltin.
Din hi t-tieni persuna Maltija involuta f’dan il-każ biex tkun irrapurtata nieqsa wara li importatur tal-laħam mill-Mellieħa, li hu wkoll Direttur ta’ More Supermarkets u fundatur tal-kumpanija Cassar & Schembri fost kumpaniji oħra, allegatament hu mfittex mill-Pulizija.
L-importatur ġie rrappurtat nieqes nhar il-Ħamis li għadda. 
Il-każ inkixef mill-ġurnal il-Mument, li rrappurtat li negozjanti għaddew il-flus direttament lit-tieni persuna.
Il-pulizija qed tfittex liż-żewġt irġiel ta’ 36 sena li huma involuti fil-każ ta’ frodi.