Irrappurtat l-inqas għadd ta’ mwiet kawża tal-coronavirus fiċ-Ċina

REUTERS/Tingshu Wang

Illum iċ-Ċina rrappurtat l-inqas għadd ta’ persuni ġodda infettati bil-coronavirus (COVID-2019) minn Jannar. Il-pajjiż irrapporta wkoll l-inqas għadd ta’ mwiet f’ġimgħa mill-virus. Minkejja dan, l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa qalet minkejja li jidher li l-epidemija kkalmat, xorta waħda hemm bżonn li wieħed joqgħod attent u jieħu l-prekawzjonijiet meħtieġa.

Apple Inc wissiet li l-bejgħ tagħha se jkun qed isofri hekk kif l-epidemija laqtet in-negozju tagħha fiċ-Ċina u t-talba għall-prodott. Din l-aħbar ħasdet bil-kbir l-istock markets globali.

Il-kap ta’ sptar ewlieni fil-belt ta’ Wuhan fiċ-Ċina, l-belt li hija l-epiċentru ta’ minn fejn beda l-coronavirus, miet wara li ġie infettat mill-virus illum.

Uffiċjali fiċ-Ċina rrappurtaw li kien hemm 1,886 każ ġdid, l-ewwel darba li l-figura tal-jum waqgħet taħt l-2,000 persuna mit-30 ta’ Jannar. B’hekk issa hemm 72,436 persuna li huma infettat mill-virus. Intant, illum mietu 98 persuna. Din hija l-ewwel darba li l-figura tal-jum niżlet taħt 100 mewta mill-11 ta’ Frar. B’hekk, sa issa, mietu total ta’ 1,868 persuna kawża ta’ dan il-virus.

Barra miċ-Ċina, sa issa, ġew irrappurtati 827 każ tal-COVID-19 u ħames mewtiet skont Reuters.