Irrappurtat l-ewwel każ ta’ Bird Flu bejn il-bnedmin

Tobba irrappurtaw kif feġġ l-ewwel każ ta’ infezzjoni mill-Bird Flu bejn il-bnedmin.

Dan il-każ seħħ fiċ-Ċina u jikkonċerna mara ta’ 32 sena li spiċċat infettata bil-Bird Flu meta kienet qed tieħu ħsieb lil missiera li kien marid.

Kawża tal-Bird Flu mietu t-tnejn li huma.

Qabel ma ġie irrappurtat dan il-każ, it-tobba kienu tal-fehma li l-virus H7N9 li jikkawża l-Bird Flu ma setax jiġi trażmess bejn il-bnedmin jekk isir kuntatt mal-għasafar infettati.

Esperti iżda qed isostnu li dan kollhu jindika li l-virus żviluppa u sar aktar perikoluż.

Sal-aħħar ta’ Ġunju, ġew irrappurtati 133 każ tal-Bird Flu fil-lvant taċ-Ċina, li minnhom 43 tilfu ħajjithom.

Il-maġġoranza tal-mejta kien jaħdmu fl-irziezet jew kellhom kuntatt mat-tiġieġ ftit tal-jiem qabel ma mardu.