​Irrapporta jekk tara lil dawn iż-żewġt itfal

Żewġ aħwa Ċeki jidher li nħatfu mill-ġenituri tagħhom fir-Repubblika Ċeka u bħalissa jinsabu mitlufin skont Amber Alert Europe.
Leonard Lackó li għandu erba’ snin huwa bjond u għandu għajnejh blu. Huwa kien liebes flokk aħdar.
David Lackó , tifel ta’ għaxar snin, huwa bjond ukoll u kien liebes flokk oranġjo.
Skont Amber Alert iż-żewġ subien għadhom ma nstabux minkejja li t-twissija ġiet ikkanċellata.
Jekk inti għandek xi informazzjoni relevanti ma’ dan il-każ, tista’ tikkuntattja lill-Pulizija ta’ Malta fuq 2122 4001.
L-AMBER ALERT hi sistema li tgħin lill-Pulizija tgħarraf lill-pubbliku aktar malajr f’każ li jkun hemm ħajja tat-tfal fil-periklu f’każ li dawn jinħatfu jew jintilfu.
Newsbook.com.mt kien ingħaqad mas-sistema ta’ allarm li tirrapporta d-dettalji ta’ tfal li jkunu f’periklu, mitlufa jew maħtufa.