Irrapporta s-side effects tal-mediċini

L-Awtorità Maltija għall-mediċini qalet li għalkemm il-mediċini huma siguri, jista’ jkollhom effetti sekondarji (side effects) – anke dawk li jinxtraw mingħajr karta tat-tabib.
Dawn l-effetti jvarjaw minn uġigħ ta’ ras għal sintomi bħal dawk tal-influwenza. Ir-rapportaġġ ta’ dawn l-effetti jgħin fil-monitoraġġ tal-mediċini fis-suq u jekk ikun hemm bżonn xi azzjoni, din tkun tista’ tittieħed.
L-Awtorità qed tħeġġeġ ukoll lin-nies jirrapportaw effetti sekondarji li jesperjenzaw meta jieħdu aktar minn tip wieħed tal-mediċini, wara użu twil, jew meta jkun hemm xi interazzjoni mal-ikel jew prodotti oħra.
Wieħed jista’ jirrapporta kull tip ta’ effetti sekondarji hawn.
Il-ġimgħa l-oħra l-Awtorità organizzat kampanja fuq il-mezzi soċjali biex tippromwovi r-rappurtaġġ tal-effetti sekondarji tal-mediċini.