Irrapporta li serqulu €80,000 imma attakka 3 pulizija

Read in English.

Raġel li rrapporta mal-Pulizija li serqulu €80,000 fi flus kontanti attakka tliet pulizija meta dawn ippruvaw jidħlu fid-dar tiegħu.

Fil-Qorti nstema’ kif Kamal Abdallah ta’ 26 sena mill-Palestina ammetta li attakka lill-pulizija u li weġġa’ ħafif lil wieħed minnhom.

Abdallah kien irrapporta serqa mid-dar tiegħu. Il-pulizija bdew jissuspettaw fit-tfajla tiegħu. Però, jidher li l-imputat ried jirtira r-rapport tiegħu meta sema’ b’dan. Meta l-pulizija marru sad-dar tiegħu s-Sibt li għadda, hu sar aggressive.

Ammetta wkoll li kellu l-pussess tal-kannabis wara sejba ta’ traċċi ta’ din id-droga fid-dar tiegħu.

Abdallah weħel multa ta’ €800 u sentenza ta’ sitt xhur ħabs sospiżi għal sentejn.