Irranġati kontra naturali

Ritratt: The FotoGrafer

Waqt il-programm Ħadd Għalik tal-lum se niltaqgħu ma’ dawk li għamlu xi intervent biex jirranġaw ġisimhom u dawn se jilgħabu kontra dawk li qatt ma għamlu xejn, dawk li jissejħu li għadhom naturali.

Fost il-pareteċipanti se niltaqgħu ma’ Charmaine li ma tieħux gost meta xi ħadd imissha. Filfatt tobgħod tmur għand il-hairdresser u f’ħajjitha għamlet massage darba waħda biss, u dan għax kellha tagħmlu bilfors ma’ membru tal-familja.

Aħseb u ara kemm se tmur tagħmel cosmetic surgery. Però Charmaine praspar weħidha meta ġew il-Milan jilgħabu Malta, kienet ġol-lift u daħal Kaka. Il-lift kien kollu fans tal-Milan u hi qas idea x’kien qed jiġri. Kellha drink f’idha u meta mar Kaka fuqha u mar biex jeħdilha b’idha, ħasbitu li kien se jisraqilha d-drink u kienet se ttih daqqa. Żammewha is-security u hu kellu jiskuża ruħu magħha. U meta tal-familja tagħha saru jafu x’ġara tgħidx kemm kienu rrabjati għaliha. L-unika ħaġa li Charmaine tħobb fil-futbol hi li meta jiskurjaw waqt li n-nies ikunu qed jifirħu hi ddamdam l-appetisers u l-birra.  

Mill-banda l-oħra Celine Falzon se tgħid u tiżvela fejn irranġat! Celine tgħid li għalkemm tifhem fil-cosmetic surgeries, mill banda l-oħra m’għandhiex idea dwar teknoloġija u tistqarr li dan l-aħħar kellha problema bl-internet u ċemplet lill-kumpanija fuq il-helpline biex jgħinuha issolvi l-problema. Minn fuq il-linja qalula “agħfas right click” u Celine tgħid li ma kienitx taf x’inhi u stħat tgħidilha! Spiċċat ħlitilha 10 minuti ssaqsiha għafsithiex u hi qaltilhom li iva u bdiet tagħfas bl-addoċċ!

Ritratt: The FotoGrafer

Il-parteċipanti fil-programm tal-lum huma:

Tim Naturali: Charmaine Vassallo, Fabrizio Faniello, Maria Cassar, Thomas Fenech.

Tim irranġati: David Bajada, Shasha, Celine Falzon, Alan Darmanin.

Ħadd Għalik hu ppreżentat minn Angie Laus u jixxandar għall-ħin tal-12.15pm.

Ritratt: The FotoGrafer

Jista’ jkun hemm bdil tal-aħħar minuta skont jekk ikunx hemm xi aġġornament dwar is-sitwazzjoni preżenti. Tajjeb li ngħidu li l-programm Ħadd Għalik huwa rrekordjat.