Irranġa l-iskema tal-passaporti – Il-Kamra tal-Kummerċ

Read in English.

Il-Kamra tal-Kummerċ, l-Intrapriża u l-Industrija qed tappella lill-Gvern biex jindirizza n-nuqqsijiet fl-iskema tal-bejgħ tal-passaporti u jibdilha f’sistema li tirrifletti dak li proponiet il-Kamra tal-Kummerċ. Żiedu li għandu jkun hemm differenza bejn il-passat u l-futur.

Matul il-ġimgħat li għaddew, il-Kamra tal-Kummerċ qalet li se tkompli titkellem mal-membri tagħha li huma involuti fl-iskema tal-bejgħ tal-passaporti. Dan se tkun qed tagħmlu biex tkun tista’ tagħmel proposti aktar konkreti dwar governanza tajba.

Il-Kamra tenniet l-appoġġ tagħha għal din l-iskema, li fi kliemhom toffri riżorsi, talent kif ukoll benefiċċji oħra fl-ekonomija f’Malta. Madankollu huwa neċessarju li jsiru xi tibdiliet li wasslu għall-kritika sostniet din il-Kamra.

Il-Kamra tal-Kummerċ qalet li l-Gvern għandu jibgħat sinjal ċar lill-partijiet konċernati li Malta tat kas il-kritika li saret u se tkun qed tieħu miżuri sabiex tassigura standards għoljin f’din l-iskema. Żiedu li huwa fl-interess tal-pajjiż li Malta żżomm ir-reputazzjoni tagħha internazzjonalment u għalhekk huwa importanti li l-awtoritajiet juru sinjal ċar li n-nuqqasijiet li hemm f’din l-iskema ġew indirizzati.