“Ironiku kif il-Kumitat PANA stieden lill-Ministru Scicluna” – AD

Alternattiva Demokratika ddeskriviet ironiku l-fatt li l-Ministru Edward Scicluna ġie mistieden biex jiddiskuti l-koperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet differenti tal-Unjoni Ewropea, f’dak li għandu x’jaqsam mal-mandat tal-Kumitat PANA.
Fi stqarrija, l-AD qalet li hu ironiku minħabba li l-Prim Ministru Joseph Muscat, iċ-Chief of Staff Keith Schembri, il-kelliem tal-PM Kurt Farrugia, ilkoll irrifjutaw li jikkollaboraw mal-Kumitat PANA.
Żiedet tgħid li saħanstira Schembri u Farrugia ddubitaw mill-mandat leġittimu ta’ dan il-kumitat u mill-vera intenzjonijiet tal-President tal-PANA, Werner Langen.
Għal-laqgħa li se ssir fit-30 ta’ Mejju ġie mistieden ukoll il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean Claude Juncker.
Tista' taqra l-ittra hawn taħt.