Għas-simenta fi tmiem l-istaġun tas-sajf

It-Tnejn 17 ta’ Settembru fis-7pm se ssir ċelebrazzjoni b’radd il-ħajr lil Alla tal-istaġun tas-sajf li wasal fi tmiemu. Il-Quddiesa se ssir fuq is-simenta fi Triq San Franġisk f’San Pawl il-Baħar, viċin tat-Torri Wignacourt u hija organizzata mill-Parroċċa Marija Addolorata Sultana tal-Martri.

Il-Quddiesa li se tkun animata bis-sehem ta’ bosta kitarristi se ssir b’sufraġju għal ruħ Joseph Grixti li fl-1995 kien beda jorganizza din iċ-ċelebrazzjoni b’radd ta’ ħajr tal-istaġun tas-sajf, bil-għajnuna tal-MUSEUM tas-subien ta’ San Pawl il-Baħar. Hu miet fil-25 ta’ Mejju ta’ din is-sena.

Kulħadd huwa mistieden biex jattendi.