Irlanda: L-Uragan Ophelia jista’ joqtol

L-Uffiċċju Meterjoloġiku tar-Renju Unit ħareġ twissija li l-uragan Ophelia li mistenni jolqot l-Irlanda jista’ jikkawża mwiet.
Twissija speċjali ħarġet għat-Tramuntana tal-Irlanda fejn l-iskejjel kollha ngħalqu.
Il-Gvern Irlandiż qal li se jkun qed jagħmel użu mill-armata.
Il-midja internazzjonali qed tiddeskrivi din il-maltempata bħala l-agħar waħda f’dawn l-aħħar 50 sena.
L-ajruport ta’ Dublin avża li madwar 125 titjira se jiġu kkanċellati.

//platform.twitter.com/widgets.js

Ritratt: Arkivji