Irkupru ekonomiku f’Malta skont it-tbassir ta’ S&P Global Ratings

Read in English.

L-aġenzija internazzjonali tal-kreditu, S&P Global Ratings, ikkonfermat ir-rating A- għal pajjiżna, b’outlook stabbli.

Skont S&P, minkejja li l-pandemija ser tħalli impatt ekonomiku, dan mhux se jwassal għal “significant and structural damage” fuq Malta. Fil-fatt, l-aġenzija tal-kreditu tgħid li hemm diversi fatturi li ser iwasslu għal “a robust recovery in 2021-2022”.

L-S&P Global Ratings, qed ibassru li fl-2021 u 2022 it-tkabbir ekonomiku ser ikun ta’ 5.5%.

Ir-rapport tal-S&P Global Ratings jgħid li, meta wieħed iqis l-assi tal-Gvern, il-piż tad-dejn ser ikun 43% tal-ġid nazzjonali fl-2023, iġifieri ferm inqas mir-rati ta’ aktar minn 60% fi snin passati.

Skont stqarrija tal-Gvern, dan ir-rapport kellu kliem ta’ tifħir għat-titjib fl-operat u l-budgets tal-FIAU u l-MFSA kif ukoll dwar ir-riforma fit-tmexxija tal-Pulizija.