Irkuprati kwadri tas-seklu 15 misruqa fl-1944

L-awtoritajiet Taljani rkupraw tliet kwadri ta’ pitturi tas-seklu 15 li kienu nsterqu minn villa fl-1944 minn persuni qrib ir-reġim Nażista.
It-tliet pitturi għandhom temi reliġjużi, tnejn minnhom żejt fuq it-tila u t-tielet wieħed direttament fuq l-injam b’bażi tad-deheb.
Is-serqa kienet saret mir-residenza tal-Prinċep tal-Lussemburgu fi żmien l-okkupazzjoni Nażista u l-pitturi ġew irkuprati minn dipartiment speċjalizzat fi ħdan il-Carabinieri Taljani li jaħdmu għall-ħarsien tal-patrimonju kulturali.