Irkantata l-piġama ta’ Elvis: Kemm taħseb li nbiegħet?

Waħda mill-piġami tal-kantant Elvis Presley inbiegħet għal kważi €8,900.
Il-piġama bajda bil-linji ħodor li Elvis kien jilbes meta kien fi sptar f’Memphis fl-1977 inbiegħet illum waqt irkant.
Wieħed mill-organizzaturi tal-irkant qal li Elvis kien dam ġimgħa rikoverat f’Baptist Memorial Hospital minħabba għejja kbira.
Wara li Elvis miet f’Awwissu tal-1977 fl-età ta’ 42 sena, il-piġama tiegħu inżammet għal snin twal fil-mużew Elvis-A-Rama.