Irish Stew tradizzjonali

Ingredjenti

750g ħaruf, imqatta’ biċċiet

140g basal, slajsjat

120g kaboċċi, slajsjat

100g zunnarija, mqattgħa

140g kurrat, slajsjat

500g patata, slajsjata

8 patatiet żgħar sħaħ

750ml brodu taċ-ċanga (tista’ tagħmlu mid-dadi tal-laħam)

Metodu

Ħallat flimkien il-basal, iz-zunnarija, il-kurrat u l-kaboċċi. Ħawwar bil-melħ u l-bżar.

Aqta’ min-nofs il-patata sħiħa u agħmilha fil-qiegħ tal-borma li se ssajjar fiha. Fuqhom agħmel nofs it-taħlita tal-ħaxix.

Poġġi l-biċċiet tal-laħam fuq il-ħaxix u ħawwar bil-melħ u l-bżar.

Poġġi l-kumplament tal-ħaxix fil-wiċċ u fuq nett agħmel il-patata slajsjata.

Imla l-borma bil-brodu taċ-ċanga sakemm tgħatti l-patata. Sajjar għal madwar siegħa fuq nar moderat sakemm tara li l-laħam ikun sar.

Hemm min li wara li l-laħam ikun sar jgħaddi mill-passatur ftit mill-patata u mil-likwidu tat-tisjir biex meta jservi l-istew jagħmel minnu fil-wiċċ tal-platt.

Qabel isservi roxx ftit tursin.