Iridu pieni eħrex għal min jikser il-liġi fuq il-post tax-xogħol

L-Awtorità tas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) qed taħdem biex iżżid il-pieni għal min jikser il-liġi dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol.
L-OHSA qed tipproponi li jkun hemm żieda fil-multi massimi u fis-sentenzi ta’ priġunerija.
Din l-azzjoni se tittieħed sabiex tiskoraġixxi lil dawk li huma responsabbli mis-sigurtà waqt il-ħin tax-xogħol u qed titlob lill-pubbliku biex jinfurmaha b’dawk il-każi fejn mhux qed tiġi rrispettata s-saħħa tal-ħaddiema.
L-Awtorità tgħid li s-settur tal-kostruzzjoni hu fost l-aktar perikolużi u bi ħsiebha tieħu azzjoni legali immedjata f’każ li tinnota postijiet li mhux konformi mal-liġi.