Iridu jsiru jafu kif l-FBI taċċessa mowbajls privati msakkra

Diversi organizzazzjonijiet tal-aħbarijiet talbu lill-Qorti Amerikana toħroġ mandat lill-Gvern Amerikan biex jiżvela l-ammont ta’ flus li ntefqu fuq it-teknoloġija biex ikun jista jaċċessa iPhones.
Fil-qorti l-organizzazzjonijiet qalu li ma kien hemm l-ebda ġustifikazzjoni adekwata biex l-FBI iżżomm din l-informazzjoni mistura.
Żiedu jgħidu li l-informazzjoni li qed jitolbu mhix ta’ periklu għas-sigurtà nazzjonali.
L-FBI għqadha qatt ma ppubblikat l-isem tal-kumpanija tas-sigurtàli ħatret biex tgħinha taċċessa mowbajls.
Il-proċess ried jinkludi mod ta’ kif wieħed jirnexxielu jsib il-kodiċi li jkun qed iżomm il-mowbajl imsakkar.
Normalment meta wieħed jipprova jaċċessa mowbajl għal 10 darbiet b’kodiċi ħażin dan iħassar l-informazzjoni kollha li jkun hemm fih b’mod awtomatiku.