“Iridu jittieħdu miżuri qabel ikun tard wisq” – Is-Sindku ta’ Għajnsielem

Read in English.

Is-Sindku ta’ Għajnsielem Kevin Cauchi appella lill-awtoritajiet biex jieħdu iżjed miżuri kontra s-sewqan veloċi fit-toroq, wara li kien hemm inċident ikrah tul il-lejl li għadda.

Fit-tieni appell tiegħu fuq Facebook, is-Sindku kiteb li l-inċident fi Triq l-Imġarr li ħalla mara tissielet għal ħajjitha kien it-tielet wieħed f’sebat ijiem. Huwa ħa l-opportunità jappella lill-Pulizija u lil-LESA biex jimplimentaw il-miżuri neċessarji biex jitnaqqas l-ispeeding f’din it-triq li tintuża biex wieħed imur l-Imġarr għall-vapur.

Aqra: Mara fil-periklu tal-mewt wara ħabta f’Għajnsielem; 8 feruti

Fl-inċident li ġara fis-1am kienu involuti tmien persuni, fosthom tlett itfal. Dawn kollha jinsabu f’qagħda stabbli, ħlief għall-mara li kellha tinġieb fl-Isptar Mater Dei mill-Isptar Ġenerali t’Għawdex b’ħelikopter.

Aqra: Ritratti: Inċident f’Għajnsielem; is-Sindku jappella għal miżuri aktar drastiċi

Huwa staqsa jekk humiex isiru testijiet tal-veloċità, road blocks u breathalyser tests f’din it-triq. Qal li soluzzjoni oħra taf tkun barrikati tal-plastik u kameras apposta fit-triq.

Aqra: Aġġornata: Sewwieq ta’ mutur gravi wara ħabta f’Għajnsielem

Temm jgħid lill-awtoritajiet li aħjar jaġixxu issa qabel ikun tard wisq.