Iridu jitressqu n-nies il-Qorti, huma min huma bla biża’ u favuri – Bartolo

Miguela Xuereb

Read in English.

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Evarist Bartolo qal li jekk Malta tassew trid terġa’ tikseb lura l-fiduċja tad-dinja, hemm bżonn li jitressqu n-nies il-Qorti u jieħdu dak li ħaqqhom, huma min huma bla biża’ u favuri.

Fuq Facebook, Bartolo qal li mhux biżżejjed li l-Gvern jagħmel il-liġijiet u l-istrutturi li jinvestigaw iżda biex ngħaddu messaġġ li Malta tassew kontra l-kriminalità, kontra l-qtil, il-korruzzjoni, il-ħasil tal-flus u l-attività ekonomika, hemm bżonn dawn l-istess liġijiet jiġu nfurzati jekk pajjiżna jerġa’ jitwemmen u jikseb il-fiduċja tal-bqija tad-dinja.

Il-jum it-tajjeb. Waqt riceviment jiccelebra l-jum nazzjonali ta’ pajjiz habib ta’ Malta, persuna li serviet ta’…

Posted by Evarist Bartolo on Friday, January 24, 2020