Iridu jestendu pompa tal-petrol b’2.5 tomna

L-iżviluppaturi ta’ pompa tal-petrol f’Wied il-Għajn qed jipproponu li jestendu ż-żona tal-iżvilupp bi tnejn u nofs tomna art.

L-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) kienet oġġezzjonat bil-kbir kontra l-approvazzjoni tal-pompa tal-petrol ta’ 1,500 metru kwadru.

Iż-żona tinsab faċċata tal-impjant ta’ Sant’Antnin f’żona ODZ.  L-applikazzjoni kienet ġiet approvata f’Diċembru u issa nfetħet konsultazzjoni pubblika dwar l-applikazzjoni biex iż-żona tikber.

L-għaqdiet Din l-Art Ħelwa u Front Ħarsien ODZ kienu oġġezzjonaw għall-iżvilupp propost.

Aqra aktar.