Iridu €5 miljun biex jgħinu lil dawk milquta min-nirien: ara x’għamlu

Eluf ta’ Awstraljani qed jattendu kunċert ġewwa Sydney li qed jittella’ bil-għan li jinġabru aktar minn €5 miljun biex jgħinu lil dawk il-komunitajiet li ntlaqtu min-nirien.

Gruppi magħrufa mad-dinja bħal Queen u Alice Cooper ingħaqdu mal-istillel lokali bħalma huma 5 Seconds of Summer, Tina Arena u Delta Goodrem għall-gig Fire Fight Australia.

In-nirien li ħakmu paritjiet mill-Awstralja ftit ġimgħat ilu ħallew minn tal-inqas 33 persuna mejta u eluf oħra bla dar. L-aħtar stat milqut New South Wales irnexxielu jikkontrolla n-nar biss meta ntlaqat minn xita qalila.

Il-qligħ mill-kunċert ta’ 10 sigħat fil-Park Olimpiku ta’ Sydney se jmorru għas-servizzi rurali kontra n-nirien, għall-komunitajiet affetwati min-nirien u għall-benesseri tal-annimali.