Irġiel Żvizzeri maqtula fil-Filippini

Żewġ ċittadini Żvizzeri nqatlu b’tiri ta’ arma tan-nar f’post turistiku f’Opol fin-nofsinhar tal-Filippini.
L-aħbar ingħatat mill-Pulizija fejn spjegat li l-vittmi li għandhom 67 sena u 78 sena nqatlu minn persuni mhux magħrufa, li ħarbu minn fuq il-post bil-pass.
Il-Pulizija qed teskludi li l-irġiel inqatlu waqt serqa, għaliex il-qattiela telqu minn fuq il-post mingħajr ma serqu xejn.