Iressaq emenda biex jiġu evitati spejjeż żejda fuq il-Bank Malti tal-Iżvilupp

Il-Kap tad-Delegazzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew Laburisti Alfred Sant ippreżenta emenda biex jiġu evitati piżijiet amministrattivi u spejjeż żejda fuq il-Bank Malti tal-Iżvilupp. Fi stqarrija Sant spjega li dan il-bank iservi bħala istituzzjoni finanzjarja meta l-banek kummerċjali privati jonqsu mill-finanzjament, jew meta jkunu disponibbli għal finanzjament iżda ma joffrux it-termini normali tas-suq. Alfred Sant ippreżenta emenda għal proposta tal-Kummissjoni Ewropea fuq ir-rekwiżiti elenkati fid-Direttiva tar-Rekwiżiti Kapitali. Din id-direttiva tirrigwarda entitajiet eżentati, kumpaniji finanzjarji varji, rimunerazzjoni, miżuri superviżorji u miżuri għall-ħarsien tal-kapital.