Irene Tinagli eletta President tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

Irene Tinagli kienet eletta bħala President tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Dan tħabbar illum fi Strasburgu. Newsbook.com.mt kien preżenti għall-ftuħ tal-Parlament Ewropew fi Strasburgu. 

Tinagli li hija Taljana u għandha 45 sena, qed tieħu post Roberto Gualtieri li telaq mill-Parlament Ewropew sabiex jieħu pożizzjoni ta’ Ministru fil-Gvern Taljan. Tinagli bdiet tagħmel parti mill-Parlament Taljan fl-2013. Hi kienet eletta bħala parti mill-partit Scelta Civica – Con Monti. Fl-2019 hi kkontestat b’suċċess l-elezzjonijiet Ewropej bħala parti mill-Partit Demokratiku.

Fuq Facebook, Tinagli qalet li tinsab emozzjonata u li lesta li timpenja ruħha sabiex tassigura li permezz ta’ investiment u innovazzjoni jkun hemm tkabbir sostenibbli li jnaqqas l-inugwaljanzi.

Emozionata per la elezione a Presidente della commissione affari economici e monetari del Parlamento Europeo e…

Posted by Irene Tinagli on Monday, September 16, 2019