Terrapien fil-bypass ta’ Birkirkara; twissija lis-sewwieqa

Terrapien fil-bypass ta’ Birkirkara jaf ikun ta’ periklu għas-sewwieqa, u għalhekk, paġna tat-traffiku fuq Facebook qiegħda tavża biex is-sewwieqa joqogħdu attenti.

Il-paġna Maltese Roads Traffic Updates wissiet fuq Facebook fis-1pm biex is-sewwieqa joqogħdu attenti kif isuqu minħabba d-debris li hemm fl-art quddiem ir-roundabout tal-Iklin.

Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ma kellu l-ebda rapporti tal-każ.