Irbaħ xirja b’xejn għal 10 snin mingħand il-Lidl

Din is-sena, Lidl Malta qed tiċċelebra l-għaxar snin anniversarju mill-bidu tagħha fil-gżejjer Maltin f’April tal-2008. Il-kumpanija rat tkabbir sostanzjali f’dawn l-aħħar snin u dan wassal biex tkun il-katina ta’ supermarkets ewlenija f’Malta u Għawdex grazzi għat-tim dedikat u l-klijenti leali tagħha. Bħala ringrazzjament, il-kumpanija qed torganizza kompetizzjoni kbira. 
Matul din il-kompetizzjoni, wieħed jista’ jirbaħ diversi premjijiet ta’ kuljum u fl-aħħar tal-kompetizzjoni, rebbieħ iffurtunat jista’ jirbaħ xirja għal għaxar snin mingħand il-Lidl. 
Ma kull xirja minimina ta’ €35, il-klijenti jistgħu jirbħu premju ta’ €100 vawċer kuljum mingħand il-Lidl. Il-klijenti kollha li jissodisfaw il-kriterji u li jinkitbu għall-kompetizzjoni fuq is-sit www.lidltenyears.com.mt, awtomatikament jidħlu fiċ-ċans li jirbħu r-rigal il-kbir li huwa xirja t’10 snin mingħand il-Lidl. 
Il-kompetizzjoni tasal fi tmiema nhar it-Tlieta 29 ta’ Mejju. Termini u kundizzjonijiet jinstabu kollha fuq il-websajt tal-Lidl.