Irbaħ vjaġġ ma’ Visa

Il-logħob Olimpiku ta’ Rio 2016 dalwaqt magħna u b’antiċipazzjoni ta’ dan il-fenomenu sportiv globali, Visa, l-isponsor dinji tal-Logħob, qed jagħtu premju mill-isbaħ, vjaġġ għal tnejn għal persuna li għandha Visa.
Ir-rebbieħ tal-premju grandjuż se jingħata vjaġġ biex jara l-Logħob Olimpiku b’mod vibranti f’Rio de Janeiro, li jiswa total ta’ madwar €25,000!
Visa se tħabbar aktar dettalji dwar dan il-premju u l-istruzzjonijiet dwar kif ix-xerrejja jistgħu jirbħu ma’ Visa fil-ġimgħat li ġejjin. Wieħed mill-avvenimenti li se jesperjenza r-rebbieħ se jkun iċ-ċerimonja tal-ftuħ tal-Logħob Olimpiku! B’hekk żomm ruħek infurmat biex tara kif Visa u x-xiri tiegħek jistgħu jeħduk sal-logħob Olimpiku.