Iraq: Knisja antika 1,800 sena tingħata n-nar

Ribelli radikali fl-Iraq taw in-nar lil knisja li nbniet 1,800 sena ilu.
Fl-istess waqt, il-Kristjani qed ikomplu jiġu mwiddba biex jikkonvertu għall-Iżlam, iħallsu taxxa jew imutu.
Il-monasteru antik, Mar Behnam jinsab madwar 15-il mil fin-nofsinhar tal-belt ta’ Mosul.
Il-grupp militanti Isis ħataf il-monasteru f’idu, flimkien ma, żoni kbar ta’ bini tal-Kristjani. Il-patrijiet tkeċċew mill-monasteru bil-ħwejjeġ li kellhom fuqhom.
Rapporti jgħidu li issa ma fadalx Kristjani f’Mosul, it-tieni l-ikbar belt tal-Iraq.