Iraq: Belt assedjata mill-IS bla ikel, xorb u dawl

Il-Nazzjonijiet Magħquda qed isejjaħ għall-azzjoni biex jieqaf “il-massakru” fil-Belt ta’ Amerli fit-Tramuntana tal-Iraq.
l-Belt li tinsab assedjata mill-grupp militanti Islamic State (IS), ilha għal dawn l-aħħar xahrejn bla provvista tal-elettriku u ilma għax-xorb.
Barra minn hekk ftit ftit qed tispiċċa bla ikel u mingħajr mediċina.
Minn xahrejn ilu ‘l hawn, ir-residenti kellhom jorganizzaw lilhom infushom kontra l-militanti u ma rċevew l-ebda għajnuna mill-Gvern.