Iraq: 80 jinqatlu u mijiet jinħatfu mill-grupp IS

Militanti Iżlamiċi qatlu madwar 80 raġel minn Kocho fl-Iraq u ħatfu mijiet ta’ nisa' u tfal.
Il-militanti tal-grupp IS heddu lin-nies tal-villaġġ li jekk ma jikkonvertux għar-reliġjon Iżlamika huma jinqatlu.
L-attakk dam madwar siegħa, jum wara li l-President tal-Istati Uniti Barack Obama qal li mhux se jevakwa n-nies tal-villaġġ hekk kif m’hemmx thedida.
Huwa stmat li madwar 1.2 miljun persuna mill-Iraq kellhom jitilqu minn darhom minn mindu bdew l-attakki tal-grupp militanti IS.