Iraħħas il-petrol għal taħt il-lira sterlina l-litru

Sid ta’ pompa tal-petrol f’Birmingham, l-Ingilterra, spiċċa fl-aħbarijiet għal aħbar li ntogħġbot mis-sidien ta’ karozzi.
Dan għaliex kien l-ewwel wieħed fir-Renju Unit li raħħas il-prezz tal-petrol unleaded għal taħt il-lira sterlina l-litru, għall-prezz ta' £0.99,7.
Ħafna kienu dawk li marru jimlew il-karozzi tagħhom bil-petrol mingħandu fi tmiem il-ġimgħa waqt li oħrajn qed jistennew li sidien ta’ pompi oħra jsegwu l-eżempju tiegħu.
B’kuntrast, il-prezz tad-diesel kien ta’ £1.09,7. 
Fir-Renju Unit, bħal f'ħafna pajjiżi oħra Ewropej, il-prezz tal-petrol u d-diesel hu liberalizzat u għalhekk jiġi deċiż mis-sidien tal-pompi tal-petrol.