Ira Losco u Michela Pace se joħorġu kanzunetta flimkien

Ritratt: Facebook

L-aħbar issa hija waħda uffiċjali, u ftit ġranet biss qabel ma jibda t-tieni staġun tal-kompetizzjoni televiżiva X Factor Malta, l-ewwel rebbieħa ta’ dan il-programm Michela Pace nhar l-Erbgħa li ġej se tkun qed toħroġ kanzunetta ġdida flimkien ma’ Ira Losco, li hija waħda mill-ġurati f’dan il-programm.

Din il-kollaborazzjoni bejn dawn iż-żewġ artisti li rrappreżentaw lil Malta fil-konkors tal-Eurovision, mhux qed titqies bħala sorpriża kbira iżda ċertament se tkun qed tintlaqa’ b’mod pożittiv mhux biss mis-segwaċi ta’ dawn iż-żewġ artisti, iżda b’mod ġenerali.

Is-silta li dawn iż-żewġ artisti ġġib l-isem ta’ Cannonball, u t-tnedija tagħha se ssir nhar l-Erbgħa 25 ta’ Settembru fis-6pm.