Ira Losco u Michela f’kunċert fil-bajja ta’ Hondoq f’Għawdex

Illum il-Ġimgħa 5 ta’ Lulju, se jkun qed jittella’ l-kunċert annwali ta’ Ira Losco mal-band tagħha fil-bajja ta’ Ħondoq f’Għawdex.

Il-kunċert, Ħondoq By Night, jibda fit-8pm u mistiedna speċjali ta’ Ira Losco se tkun Michela Pace, ir-rebbieħa tal-ewwel edizzjoni ta’ X Factor Malta, kif ukoll it-32 rappreżentanta għall-Malta fil-Eurovision Song Contest, fejn ikklassifikat fl-14-il post bil-kanzunetta Chameleon.

Huma se jkunu qed iwasslu siltiet mill-aqwa, li jagħmlu dan il-kunċert, bil-veduta ta’ Kemmuna, wiħed memorabbli.

Minbarra l-wirjiet ta’ Losco u Pace, se jkunu wkoll qed jagħtu s-sehem tagħhom id-DJ’s Darco, Ziggy u Micimago.