Filmat: Ira Losco u Jason Derulo b’kanzunetta għat-Tazza tad-Dinja

Il-kantanta Maltija ta’ fama internazzjonali, Ira Losco ħabbret li l-vuċi tagħha se tkun involuta fil-kanzunetta tat-Tazza tad-Dinja tal-futbol tal-2018, flimkien mal-kantant Amerikan Jason Derulo.

Derulo se jkun wieħed mill-kantanti li se jiġu Malta għall-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Isle of MTV.

Fuq Facebook, Ira ħarġet parti żgħira mill-filmat tal-kanzunetta bl-isem ta’ Colours li għadha kemm ħarġet bħala l-innu uffiċjali tal-Coca-Cola.

F’messaġġ, Ira qalet li tinsab onorata li kellha ċ-ċans li tkun parti minn din l-avventura.

Il-filmat sħiħ tal-kanzunetta joħroġ għada fis-6pm.