Ira Losco issib ħin għall-familja wkoll

Il-Kantanta Maltija Ira Losco, ilbieraħ tellgħat ritratt fuq facebook mal-familja tagħha fi Sqallija.

Fir-ritratt tidher Ira flimkien mar-raġel tagħha Sean Gravina kif ukoll binhom. Hija qalet li għalkemm tħobb toħloq il-mużika u tkanta, xorta jkun hemm il-bżonn li tieqaf u tieħu gost b’dak kollu li hu sempliċi fil-ħajja.

Dan l-aħħar Ira kienet impenjata xi ftit mhux ħażin, b’fosthom l-irrekordjar tal-innu li qed jintuża fit-Tazza tad-Dinja – Colors mal-kantant Jason Derulo.