Filmat: Ira kontra l-preġudizzji

Għall-ħabta tas-6pm tal-lejla l-Ħamis 2 ta’ Mejju, Ira Losco mistennija tniedi l-vidjo mużikali għas-single ġdida tagħha High. Dan permezz tal-Youtube Channel tagħha.

Fil-messaġġ tagħha fuq il-meżżi soċjali, Ira Losco kkummentat li din il-kanzunetta għandha messaġġ b’saħħtu kif ukoll li trid issemma’ leħinha biex jieqaf il-preġidizzju kontra l-minoranzi.