Ir-rwol tar-raġel fis-soċjetà

Stephen C Vella huwa l-mistieden ta’ Christine Delicata għall-programm Sensilhena li jixxandar illejla fit-8.15pm fuq TVM. Huma se jkunu qed jitkellemu dwar ‘ir-rwol tar-raġel fis-soċjetà u fil-familja llum’. Din it-tema qed issir waħda rilevanti iktar minn qatt qabel, hekk kif ir-raġel qed jakkwista rwol dejjem iktar importanti fit-trobbija tat-tfal u f’dak kollu li jkun hemm bżonn fid-dar biex jikkumplimenta lill-mara li taħdem.

L-istoriku tal-arti Hilary Spiteri se jitkellem dwar il-pittura tas-Sagra Familja, xogħol il-Pittur Malti Lazzaro Pisani, li tinsab fil-kappella tad-dar ta’ San Ġużepp, Santa Venera. F

Fr Louis Mallia jikkonkludi l-programm bi ħsieb tiegħu. 

Sensilhena għandu produzzjoni eżekuttiva ta’ CPi media, b’direzzjoni ta’ Fr Louis Mallia MSSP.

Nota: Dan il-programm ġie rrikordjat qabel ma ngħataw l-istruzzjonijiet dwar il-COVID 19 mid-Dipartiment tas-Saħħa.