Ir-Russja toffri l-għajnuna għal protesti fil-Belarussja

Ir-Russja offriet l-għajnuna militari tagħha lil President tal-Belarussja Lukashenko biex tgħinu jikkontrolla l-folol fil-protesti li eskalaw fl-aħħar ġimgħa wara li reġa ġie elett mill-ġdid il-ġimgħa li għaddiet.

Folla ta’ madwar 200,000 persuna ħarġu jgħajtu ‘Irriżenja issa’ fil-belt kapitali Minsk ilbieraħ f’waħda mill-ikbar protesti li l-pajjiż qatt. Alexander Lukashenko reġa ġie elett bħala president hekk kif ilu fil-poter mill-1994.

Skont rapporti internazzjonali waqt il-protesti tal-bieraħ il-preżenza tal-pulizija kienet waħda minima ħafna.

Mill-inqas żewġ persuni mietu fl-aħħar ġimgħa waqt dawn il-protesti u eluf inżammu arrestati wara azzjoni vjolenti mill-Pulizija.