Ir-Russja tkeċċi 59 diplomatiku minn 23 pajjiż

Ir-Russja keċċiet 59 diplomatiku minn 23 pajjiż differenti lbieraħ wara li qalet li kellha d-dritt tieħu azzjoni kontru erba’ nazzjonijiet talli ggravaw in-negozjati mal-Punent, wara l-avvelenar tal-eksspija Russu fir-Renju Unit, Sergei Skripal.
Ir-Russja qalet li għamlet dan sabiex tgħati risposta għat-talbiet, li qed issejħilhom “bla bażi”, tal-pajjiżi tal-Punent li ngħaqdu ma’ Londra u Washington fl-iċċensurar ta’ Moska.
Ġurnata qabel, Moska ordnat it-tkeċċija ta’ 60 diplomatiku Amerikan kif ukoll għalqet il-konsulat tal-Istati Uniti f’St Petersburg, bħala att ta’ ritaljazzjoni għal dak li qed jiġi msejjaħ bħala l-ikbar tkeċċija ta’ diplomatiċi mill-Gwerra l-Bierda.
Ritratt: Reuters