L-Aġenzija Dinija ta’ Kontra d-Doping wissiet lir-Russja li tista’ tkun projbita mill-avvenimenti sportivi ewlenin minħabba xi “diskrepanzi” li nstabu fil-laboratorju ta’ fejn tinżamm l-informazzjoni dwar id-doping.
Il-pajjiż ingħata tliet ġimgħat ċans biex jispjega ċerti “inkonsistenzi” inkella se jkun qed jieħu riskju li jispiċċa mwaqqaf milli jieħu sehem fl-Olimpjadi u kampjonati dinija. Ir-Russja se tiġi mwaqqfa wkoll milli tospita avvenimenti kbar tal-isport.
Iċ-Chairman ta’ Wada compliance panel Jonathan Taylor tkellem ma’ BBC sport u qal li hemm evidenza li turi li d-data ġiet imħassra. Hu qal li jridu jippruvaw jifhmu x’inhi l-ispjegazzjoni għal dan l-għaġir min-naħa tal-awtoritajiet Russi.