Ir-Russja tista’ tagħlaq l-ispazju tal-ajru lill-kumpaniji Ewropej

L-Awtoritajiet Russi qed jeżaminaw il-possibilità li jingħalaq l-ispazju tal-ajru lill-kumpaniji tal-ajru kollha Ewropej.
Dan b’ritaljazzjoni għas-sanzjonijiet Ewropej li ġew imposti fuq il-linja tal-ajru Russa low-cost, Dobrolyot, li topera lejn il-Krimea.
Jekk il-linji tal-ajru Ewropej jkollhom iduru mar-Russja flok jidħlu fl-ispazju tal-ajru se jiżdiedu l-ispejjeż u se jkollhom isiru aktar minn 30,000 titjira addizjonali.
Fl-istess ħin li r-Russja qed tistħarreġ din il-possibilità, il-Ġappun approva sanzjonijiet addizjonali fuq il-Gvern ta’ Putin minħabba s-sitwazzjoni fl-Ukraina.
Dawn is-sanzjonijiet jinkludu l-iffriżar tal-assi li r-Russi għandhom fil-Ġappun.