Ir-Russja tirrapporta 9,200 każ ġdid tal-coronavirus

Ir-Russja rrappurtat li sabet total ta’ 9,200 każ ġdid tal-coronavirus fil-pajjiż. Din il-figura hija inqas minn dik irrappurtata fil-jum ta’ qabel li kienet ta’ 10,598 każ ġdid.

It-taskforce tal-coronavirus fir-Russja qalet li n-numru ta’ każi madwar il-pajjiż laħħqu l-272,043 każ. Intant, f’temp ta’ 24 siegħa mietu 119-il persuna. Dan wassal sabiex ir-rata ta’ mwiet titla’ għal 2,537.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn