Ir-Russja tintroduċi lbies bulletproof għall-klieb

Wara l-qtil tal-kelb tal-Pulizija Franċiża, Diesel, waqt missjoni li wasslet biex il-Pulizija taqbad lill-persuna wara l-attakki terroristiċi ta’ Pariġi tat-13 ta’ Novembru, ir-Russja introduċiet ilbies bulletproof għall-klieb.
Dan l-ilbies jipproteġi lill-klieb minn sparar f’sitwazzjonijiet perikolużi. Ġeneralment il-klieb jiddejqu jilbsu ħwejjeġ, iżda hemm eċċezzjonijiet fejn m’hemm ebda għażla oħra.
Fosthom hemm il-każ meta l-kelb ikun qed jinvestiga post fejn seħħ xi każ kriminali u ma tkunx tista’ tinstab evidenza u allura l-intervent tal-kelb ikun neċessarju.
Wieħed mis-sid ta’ dawn il-klieb, Vladimir Khitrykh, qal li l-kelba tiegħu għall-ewwel ma ħaditx gost bl-ilbies, iżda mbagħad indunat li hu għall-protezzjoni tagħha stess.