“Ir-Russja tikkunsidra tipprovdi sistemi tal-missili lis-Sirja”

Wara li kmieni dalgħodu, l-alleanza bejn l-Istati Uniti tal-Amerka, ir-Renju Unit u Franza bbumbardjaw numru ta’ siti governattivi fis-Sirja biex jinqerdu allegati siti li fihom hemm armi kimiċi, ir-Russja qed tikkonsidra li tipprovdi sistemi tal-missili lis-Sirja u pajjiżi oħra.
Dan qalu l-Kurunnel Ġenerali Russu Sergei Ruskoi, fejn spjega li l-azzjonijiet li ttieħdu mill-Istati Uniti saru bix jiddistabilizzaw is-sitwazzjoni fir-reġjun.
Għaldaqstant sostna li s-sitwazzjoni f’Damasku u l-ibliet tal-madwar hija waħda kalma.
Ritratt: Reuters