Ir-Russja tibgħat żejt kontaminat lill-Belarus; jistennew kumpens

Reuters

Il-President tal-Belarus Alexander Lukashenko qal li l-prezz għad-danni li sofrew minħabba żejt kontaminat  li rċevew mill-pipeline fir-Russja huwa enormi. Huwa qal qed jistenna kumpens mir-Russja.

Lukashenko qal li qed isir evalwazzjoni tal-ħsara li saret. Żied li l-ħsara fuq l-apparat tal-pipeline hija enormi u din tinkludi pompi u apparat ieħor taż-żejt. Żied li l-ħsara se tiswa miljuni ta’ dollari u qed jittama li r-
Russja tagħti l-kontribuzjoni tagħha.

Ir-Russja tissuplixxi ż-żejt permezz ta’ pipeline. Dan iż-żejt jagħmlu użu minnu l-Belarus, l-Lvant tal-Ewropa u l-Ġermanja. Minħabba dan iż-żejt kontaminat, il-prezz taż-żejt għola.