Ir-Russja tibda tirtira s-suldati mill-Ukraina

Jidher li r-Russja rtirat uħud mis-suldati tagħha fl-Ukraina, iżda mhux magħruf in-numru eżatt tas-suldati msejħa lura.
Jidher li mal-fruntiera tal-Ukraina se jibqa’ jkun hemm eluf ta’ suldati Russi.
Il-Prim Ministru Russu Dmitri Medvedev  bħalissa qed jagħmel żjara fil-Krimea.  
Il-Ministri għall-Affarijiet Barranin fi ħdan in-Nato mistennija jiltaqgħu fi Brusell u jiddiskutu modi ta’ kif jgħinu  lill-Ukraina u jsaħħu r-relazzjonijiet fil-lvant tal-Ewropa.
Din hi l-ewwel darba li n-Nato qed tiltaqa’ minn mindu r-Russja ffirmat il-ftehim mal-Krimea.