Ir-Russja ssaqsi lill-Istati Uniti biex tgħinha tibni s-Sirja mill-ġdid

REUTERS/Omar Sanadiki

Ġiet irrappurtata li r-Russja użat mezz ta’ komunikazzjoni sigur biex tipproponi pjan lill-Amerka. Il-pjan jinvolvi koperazzjoni bejniethom biex jerġgħu jibnu s-Sirja mill-ġdid, u b’hekk jerġgħu jirritornaw r-refuġjati li ħarbu lura f’pajjiżhom, skont avviż mibgħut mill-Gvern tal-Istati Uniti.

Il-proposta intbagħtet f’ittra fid-19 ta’ Lulju, minn Valery Gerasimov, il-Kap tal-istaff ġenerali tal-Militari tar-Russja, lill-Ġeneral tal-Iskwarda Marittima tal-Istati Uniti Joseph Dunford, ċermen taċ-Chiefs of Staff, skont l-avviż li raw il-ġurnal Reuters.

Dan il-pjan ma kienx milqugħ tajjeb mill-Istati Uniti. Hi qalet li tappoġġja dawn it-tip ta’ pjanijiet biss jekk ikun hemm soluzzjoni politika biex tispiċċa il-gwerra fis-Sirja, li ilha għaddejja għal-7 snin.