Ir-Russja mhux tonora l-obbligi tagħha fis-Sirja – Erdogan

FILE PHOTO: Turkish President Tayyip Erdogan speaks during a news conference ahead of a visit to Algeria, at Ataturk airport in Istanbul, Turkey, January 26, 2020. Presidential Press Office/Handout via REUTERS

Il-President Tork Erdogan qal li r-Russja hux qed tonora l-obbligi tagħha fil-kwistjoni tas-Sirja u wissa li t-Turkija qed titlef il-paċenzja.

Erdogan, meta kien qed jindirizza lil ġurnalisti, akkuża lir-Russi u l-fazzjoni li qed tappoġġja li qed tikser l-ftehim li kellha biex trażżan il-konflitt.

Il-bumbardament kontinwu mill-forzi tal-gvern Sirjan, li huma appoġġjati mir-Russi, fuq il-belt ta’ Idlib wassal għal tħassib fuq il-fatt li jista’ jkun hemm aktar nies li jmorru t-Turkija bħala refuġjati. 

It-Turkija u r-Russja qed jappoġġjaw naħat differenti fil-kunflitt. Iż-żewġ naħat kienu laħqu ftehim biex jnaqqsu l-ġlied u jikkrejaw żona fejn ma’ jkunx hemm attivita militari. 

Madanakollu il-ġlied kompla għaddej minkejja ftehim varju ta’ waqfien mill-ġlied. 

Erdogan qal li r-Russja mhux tonora dak li kien miftiehem u t-Turkija qed titlef il-paċenzja.