Ir-Russja lesta tikkopera kontra l-ISIS sakemm ma jseħħx inċident ieħor

Ir-Russja ħabbret li lesta tikkopera f’koalizzjoni mmexxija mill-Istati Uniti kontra l-Istat Iżlamiku imma jekk jerġa’ jseħħ inċident ieħor bħal tal-aħħar jiem, ma taħdem iktar ma’ ħadd.
Il-President Russu, Vladimir Putin, ħabbar dan fi tmiem laqgħa mal-President Franċiż, Francois Hollande, f’Moska.
Reġa’ tenna li b’dak li seħħ fl-aħħar jiem, ir-Russja tħossha ttraduta minn pajjiż li ħasbet li kien ħabib.
B’riżultat tal-laqgħa bejn Putin u Hollande, Franza u r-Russja qablu li se jikkoperaw iktar bejniethom u se jgħaddu informazzjoni lil xulxin dwar it-territorji fis-Sirja li mhumiex okkupati mit-terroristi biex dawn jiġu evitati fl-attakki mill-ajru.